illinois Digital News

Sehem il-Lux Press fl-Istorja tal-Ktieb u l-Ġurnaliżmu Malti

0



Il-Lux Press kienet stamperija ewlenija f’Malta u minnha raw id-dawl tal-istampa diversi gazzetti Maltin kif ukoll għadd kbir ta’ kotba fosthom l-ewwel pubblikazzjonijiet tal-Klabb Kotba Maltin. Dan minbarra għadd kbir ta’ klijenti li kellha matul is-snin il-Lux Press tista’ tgħid f’kull settur tal-ħajja inklużi għaqdiet sportivi.

Grech se jintraċċa l-bidu u jsegwi l-iżvilupp tal-istamperija u se juri kemm din l-istamperija kienet teċċella fl-organizzazzjoni u barra minn hekk, se jispjega li kienet tistampa diversi ġurnali fi żminijiet differenti ta’ partiti politiċi differenti.

Mil-Lux Press kienet toħroġ ukoll The Bullettin – l-unika gazzetta indipendenti ta’ filgħaxija f’Malta. Il-gazzetta msemmija kienet tal-familja Micallef li kienet tmexxi l-istamperija.

Barra r-riċerka tiegħu, Sergio Grech se jkun qed juża intervista li hu kien għamel ma’ Joseph Muscat li kien impjegat mal-familja Micallef fil-Lux Press fejn fost l-oħrajn se jingħata tagħrif fuq il-magni tal-lineotype.

Sergio Grech hu editur tas-sensiela Bejn Storja u Miti, ħareġ erba’ bijografiji u rumanz. Xandar mijiet ta’ programmi kulturali.

source

Leave A Reply

Your email address will not be published.